+Artikolu 37 Assistenza reċiproka
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.

Artikolu 37 Assistenza reċiproka

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.

Meta entità tkun qed tipprovdi servizzi f'aktar minn Stat Membru wieħed, jew tkun qed tipprovdi servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar u n-network u s-sistemi tal-informazzjoni tagħha jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bejniethom u jassistu lil xulxin kif ikun meħtieġ. Dik il-kooperazzjoni għandha tinvolvi, tal-anqas, li:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw miżuri superviżorji jew ta' infurzar fi Stat Membru għandhom, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, jinformaw u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati dwar il-miżuri superviżorji u ta' infurzar meħuda ;

(b) 

awtorità kompetenti tista' titlob lil awtorità kompetenti oħra tieħu miżuri superviżorji jew ta' infurzar;

(c) 

malli tirċievi talba sostanzjata mingħand awtorità kompetenti oħra, awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti l-oħra assistenza reċiproka proporzjonata għar-riżorsi proprji tagħha sabiex il-miżuri superviżorji jew ta' infurzar ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv, effiċjenti u konsistenti.

Din l-assistenza reċiproka msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tista' tkopri talbiet għal informazzjoni u miżuri superviżorji, inklużi talbiet biex isiru spezzjonijiet fuq il-post jew superviżjoni mhux fuq il-post jew verifiki tas-sigurtà mmirati. Awtorità kompetenti li tirċievi talba għal assistenza ma tistax tirrifjuta dik it-talba sakemm ma jkunx stabbilit li mhix kompetenti biex tipprovdi l-assistenza mitluba, li l-assistenza mitluba mhix proporzjonata mal-kompiti superviżorji tal-awtorità kompetenti, jew li t-talba tikkonċerna informazzjoni jew tinvolvi attivitajiet li, jekk jiġu żvelati jew imwettqa, ikunu kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża tal-Istat Membru. Qabel ma tirrifjuta tali talba, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati kif ukoll, fuq talba ta' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, lill-Kummissjoni u lill-ENISA,

Artikolu 37 2.
Fejn ikun xieraq u bi qbil komuni, l-awtoritajiet kompetenti ta' diversi Stati Membri jistgħu jwettqu azzjonijiet superviżorji konġunti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit