|
+Artikolu 37 1. |
Artikolu 37 1.Meta entità tkun qed tipprovdi servizzi f'aktar minn Stat Membru wieħed, jew tkun qed tipprovdi servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar u n-network u s-sistemi tal-informazzjoni tagħha jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bejniethom u jassistu lil xulxin kif ikun meħtieġ. Dik il-kooperazzjoni għandha tinvolvi, tal-anqas, li:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw miżuri superviżorji jew ta' infurzar fi Stat Membru għandhom, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, jinformaw u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati dwar il-miżuri superviżorji u ta' infurzar meħuda ;
(b)
awtorità kompetenti tista' titlob lil awtorità kompetenti oħra tieħu miżuri superviżorji jew ta' infurzar;
(c)
malli tirċievi talba sostanzjata mingħand awtorità kompetenti oħra, awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti l-oħra assistenza reċiproka proporzjonata għar-riżorsi proprji tagħha sabiex il-miżuri superviżorji jew ta' infurzar ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv, effiċjenti u konsistenti. Din l-assistenza reċiproka msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tista' tkopri talbiet għal informazzjoni u miżuri superviżorji, inklużi talbiet biex isiru spezzjonijiet fuq il-post jew superviżjoni mhux fuq il-post jew verifiki tas-sigurtà mmirati. Awtorità kompetenti li tirċievi talba għal assistenza ma tistax tirrifjuta dik it-talba sakemm ma jkunx stabbilit li mhix kompetenti biex tipprovdi l-assistenza mitluba, li l-assistenza mitluba mhix proporzjonata mal-kompiti superviżorji tal-awtorità kompetenti, jew li t-talba tikkonċerna informazzjoni jew tinvolvi attivitajiet li, jekk jiġu żvelati jew imwettqa, ikunu kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża tal-Istat Membru. Qabel ma tirrifjuta tali talba, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati kif ukoll, fuq talba ta' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, lill-Kummissjoni u lill-ENISA, 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|