+Artikolu 7 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ prodotti finanzjarji
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ prodotti finanzjarji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Sat-30 ta’ Diċembru 2022, għal kull prodott finanzjarju, fejn parteċipant fis-suq finanzjarju japplika l-punt (a) tal-Artikolu 4(1) jew l-Artikolu 4(3) jew (4), id-divulgazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

spjegazzjoni ċara u motivata dwar jekk u, fil-każ li jkun hekk, kif prodott finanzjarju jikkunsidra impatti avversi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà;

(b) 

dikjarazzjoni li hemm informazzjoni dwar impatti avversi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà disponibbli fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 11(2).

Fejn l-informazzjoni fl-Artikolu 11(2) tinkludi kwantifikazzjonijiet ta' impatti avversi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, dik l-informazzjoni tista’ tiddependi fuq id-dispożizzjonijiet tal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 4(6) u (7).

Artikolu 7 2.
Fejn parteċipant fis-swieq finanzjarji japplika l-punt (b) tal-Artikolu 4(1), id-divulgazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom jinkludu għal kull prodott finanzjarju dikjarazzjoni li l-parteċipant fis-swieq finanzjarji ma jqisx l-impatti avversi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà u r-raġunijiet għal dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit