+Artikolu 6 Prinċipji Ġenerali
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 1a.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Prinċipji Ġenerali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa, Sebgħa A u Tmienja ta' dan ir-Regolament u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi individwali, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6 1a.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, li huma wkoll entitajiet G-SII u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.

Sussidjarji materjali ta' G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b fuq bażi individwali, meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni;

(b) 

ma għandhomx sussidjarji;

(c) 

mhumiex is-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE.

Artikolu 6 2.
L-ebda istituzzjoni li tkun jew sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u sorveljata jew inkella impriża prinċipali, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 89, 90 u 91 fuq bażi individwali.
Artikolu 6 3.
L-ebda istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali jew inkella sussidjarja, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 fuq bażi individwali.

Artikolu 6 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta u fil-punt (d) tal-artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-likwidità assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:

(a) 

l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b) 

istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ), sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u

(c) 

istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:

(i) 

l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, kif imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u

(ii) 

dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjonijiet tal-maturità sinifikanti.

Artikolu 6 5.
L-istituzzjonijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3) ta' dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ assoċjat stabbilit fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit