+Artikolu 8 Deroga mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Deroga mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom fl-Unjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp tal-likwidità waħdieni sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta;
▼M8
(b)
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp, li huma soġġetti għar-rinunzja, timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli (NSFR) stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, u li tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità, u ta' finanzjament stabbli fejn ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, għal dawk l-istituzzjonijiet kollha;
▼B
(c)
l-istituzzjonijiet ikunu daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jiddisponu għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti;
(d)
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għall-esekuzzjoni tal-kuntratti msemmija f’(c).
Sal-1 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull ostaklu legali li jista' jrendi impossibbli l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u hi mistiedna tagħmel proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, sal-31 ta’ Diċembru 2015 dwar liema minn dawn l-ostakli għandhom jitneħħew.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u s-sussidjarji tagħha kollha jew xi wħud minnhom meta l-istituzzjonijiet kollha ta’ sottogrupp tal-likwidità waħdieni jkunu awtorizzati fl-istess Stat Membru u dment li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Meta l-istituzzjonijiet ta’ sottogrupp waħdieni tal-likwidità ikunu awtorizzati f’diversi Stati Membri, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat biss wara li tkun segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 u għall-istituzzjonijiet biss li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaqblu rigward l-elementi li ġejjin:
(a)
il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità tal-organizzazzjoni u tat-trattament tar-riskju tal-likwidità bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE fis-sottogrupp waħdieni tal-likwidità;
▼M8
(b)
id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku, fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) ikun irrinunzjat, u d-distribuzzjoni tal-ammonti u l-post ta' finanzjament stabbli disponibbli fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku fejn jiġi rrinunzjat ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta;
(c)
id-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-assi likwidi li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-LCR kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) tiġi rrinunzjata u d-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-finanzjament stabbli disponibbli li għandu jinżamm mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tiġi rrinunzjata;
▼B
(d)
il-ħtieġa għal parametri aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-Parti Sitta;
(e)
kondiviżjoni bla restrizzjoni tal-informazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti.
(f)
fehim sħiħ tal-implikazzjonijiet ta' tali rinunzja.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7), sakemm ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih, u għal istituzzjonijiet oħra marbuta b'relazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(6) sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom f'dak il-każ jiddeterminaw waħda mill-istituzzjonijiet soġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll japplikaw l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fil-livell tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità u jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fuq bażi individwali.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Fejn, f'konformità ma' dan l-Artikolu, awtorità kompetenti tirrinunzja, parzjalment jew totalment, l-applikazzjoni tal-Parti Sitta għal istituzzjoni, hija tista' wkoll tirrinunzja l-applikazzjoni tar-rekwiżiti assoċjati tar-rappurtar tal-likwidità skont il-punt (d) tal-Artikolu 430(1) għal dik l-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|