+Artikolu 11 Trattament ġenerali
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3a.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
|
Artikolu 11 Trattament ġenerali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18, mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa u Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1). L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzattiva tajba u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament ipproċessata u mibgħuta. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw konsolidazzjoni korretta.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża prinċipali”, skont il-każ, għandhom jirreferu wkoll għal:
(a)
kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta approvata skont l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE;
(b)
istituzzjoni deżinjata kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali fejn tali kumpannija prinċipali mhix soġġetta għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(c)
kumpannija holding finanzjarji, kumpannija holding finanzjarji mħallta jew istituzzjoni deżinjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali li mhijiex soġġetta għal approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tagħha.
|
|
Artikolu 11 3a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta’ riżoluzzjoni, li huma entitajiet G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament. Impriżi prinċipali tal-UE biss li huma sussidjarja materjali ta' G-SII mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Meta japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE identifikati b'mod konġunt bħala sussidjarja materjali kull waħda minnhom għandha tikkonforma mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat- A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.
Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Meta japplika l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, meta jkun ġustifikat għal fini ta' superviżjoni mill-ispeċifiċitajiet tar-riskju jew tal-istruttura kapitali ta' istituzzjoni jew fejn Stati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet fi ħdan grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata. L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|