|
+Artikolu 12a Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b’entitajiet ta’ riżoluzzjoni multipli |
Artikolu 12a Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b’entitajiet ta’ riżoluzzjoni multipliArtikolu 12a Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b’entitajiet ta’ riżoluzzjoni multipli Meta mill-inqas żewġ entitajiet G-SII li huma parti mill-istess G-SII ikunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni jew entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta’ dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1), il-punt (a):
(a)
għal kull entità ta’ riżoluzzjoni jew entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;
(b)
għall-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII. Il-kalkolu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jitwettaq fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|