+Artikolu 19 Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.

Artikolu 19 Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.

►M17  Ma huwiex meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm parteċipazzjoni tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin: ◄

(a) 

EUR 10 miljuni;

(b) 

1 % tal-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża prinċipali jew l-impriża li jkollha l-holding.

Artikolu 19 2.

►M17  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin, fuq bażi ta' każ b'każ, li ma jkunx meħtieġ li istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm parteċipazzjoni, tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni: ◄

(a) 

fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa;

▼C2

(b) 

fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-istituzzjonijiet ta' monitoraġġ;

▼C3

(c) 

fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet.

▼B

Artikolu 19 3.
Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2, diversi impriżi jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fihom, huma għandhom madankollu jiġu inklużi fil-konsolidazzjoni meta kollettivament ikunu ta’ interess mhux negliġibbli fir-rigward tal-objettivi speċifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit