Artikolu 23
Għall-fini tal-applikazzjoni tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont dan il-Kapitolu, it-termini “ditta ta' investiment”, “istituzzjoni ta’ kreditu”, “istituzzjoni finanzjarja” u “istituzzjoni” għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 4.