+Artikolu 27 Strumenti ta' kapital ta’soċjetajiet mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew istituzzjonijiet simili f’elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
|
Artikolu 27 Strumenti ta' kapital ta’soċjetajiet mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew istituzzjonijiet simili f’elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandhom jinkludu kwalunkwe strument kapitali maħuġ minn istituzzjoni skont il-patti statutorji tagħha sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a)
l-istituzzjoni tkun ta’ tip li hu ddefinit skont id-dritt nazzjonali applikabbli u li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li tikkwalifika bħala kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(iii)
istituzzjoni ta' tfaddil;
▼M17 —————
▼B
(b)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29, huma sodisfatti.
Dawk is-soċjetajiet mutwi, is-soċjetajiet kooperattivi jew l-istituzzjonijiet ta' tfaddil rikonoxxuti bħala tali skont il-liġi nazjonali applikabbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikomplu jkunu klassifikati bħala tali għall-fini ta' din il-Parti, dment li jkomplu jissodisfaw il-kriterji li ddeterminaw dan ir-rikonoxximent.
|
|
Artikolu 27 2.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali tikkwalifika bħala impriża mutwali, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili għall-fini ta’ din il-Parti. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|