+Artikolu 34 Aġġustamenti fil-valur addizzjonali
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
|
Artikolu 34 Aġġustamenti fil-valur addizzjonali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għall-assi kollha tagħhom imkejla f'valur ġust meta jikkalkulaw l-ammont tal-fondi proprji tagħhom u għandhom inaqqsu mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont ta' kwalunkwe aġġustament fil-valur addizzjonali neċessarju.
|
|
Artikolu 34 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, f'ċirkostanzi straordinarji, li l-eżistenza tagħhom għandha tiġi ddeterminata minn opinjoni pprovduta mill-EBA f'konformità mal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-aġġustamenti tal-valur addizzjonali totali fil-kalkolu tal-ammont totali li għandu jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Għall-fini tal-għoti tal-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EBA għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji u, jekk ikun hekk, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
|
|
Artikolu 34 4.
|
L-EBA, b’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-indikaturi u l-kundizzjonijiet li l-EBA ser tuża sabiex tiddetermina ċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija fil-paragrafu 2 u sabiex tispeċifika t-tnaqqis tal-aġġustamenti tal-valur addizzjonali aggregati totali msemmija f’dak il-paragrafu. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|