+Artikolu 72b Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72b 1.
---+Artikolu 72b 2.
---+Artikolu 72b 3.
---+Artikolu 72b 4.
---+Artikolu 72b 5.
---+Artikolu 72b 6.
---+Artikolu 72b 7.
|
Artikolu 72b Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72b 1.
|
L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u biss sal-punt speċifikat f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 72b 2.
|
L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
l-obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew ingħataw direttament, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;
(b)
l-obbligazzjonijiet mhumiex proprjetà ta' ebda waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni jew entità inkluża fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
(ii)
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-forma ta' sjieda, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' dik l-impriża;
(c)
l-akkwist tas-sjieda tal-obbligazzjonijiet ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(d)
il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet li jinħolqu mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2); dak ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni għandu jitqies li ġie ssodisfat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(i)
id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jispeċifikaw li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;
(ii)
il-liġi applikabbli tispeċifika li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;
(iii)
l-istrumenti jinħarġu minn entità ta' riżoluzzjoni li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha ma jkollhiex obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament li jikklassifikaw pari passu jew inqas mill-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli;
(e)
l-obbligazzjonijiet la huma ggarantiti, u lanqas soġġetti għal garanzija jew kwalunkwe arranġament ieħor li jsaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(iii)
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);
(f)
l-obbligazzjonijiet mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf f'każ ta' riżoluzzjoni;
(g)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont prinċipali tagħhom jinxtara, jinfeda jew jinxtara mill-ġdid qabel il-maturità tagħhom jew jitħallas lura b'mod bikri mill-istituzzjoni, kif applikabbli, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3);
(h)
l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jinfdew mid-detenturi tal-istrumenti qabel il-maturità tagħhom, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);
(i)
soġġett għall-Artikolu 72c(3) u (4), meta l-obbligazzjonijiet jinkludu opzjoni ta' ħlas lura bikri waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);
(j)
l-obbligazzjonijiet jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78a jiġu ssodisfati;
(k)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet ser jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità ta' riżoluzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
(l)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew tal-likwidazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;
(m)
il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovut fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-entità ta' riżoluzzjoni jew tal-impriża prinċipali tagħha;
(n)
għal strumenti maħruġa wara t-28 ta' Ġunju 2021 id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-eżerċizzju possibbli tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-partijiet tal-obbligazzjonijiet li huma sottoskritti biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, fejn xi wħud mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) ikunu subordinati għal talbiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, fost l-oħrajn, minħabba li jkunu miżmuma minn kreditur li jkollu rabtiet mill-qrib mad-debitur, billi jkun jew billi kien azzjonist, f'relazzjoni ta' kontroll jew ta' grupp, membru tal-korp maniġerjali jew relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, is-subordinazzjoni ma għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għat-talbiet li jirriżultaw minn dawn l-obbligazzjonijiet esklużi. Għall-finijiet tal-Artikolu 92b, ir-referenzi għall-entità ta’ riżoluzzjoni fil-punti (c), (k), (l) u (m) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinftiehmu wkoll bħala referenzi għal istituzzjoni li hija sussidjarja materjali ta’ G-SII mhux tal-UE.
|
|
Artikolu 72b 3.
|
►M17
Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 92(3), sakemm: ◄
(a)
il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
(b)
l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi li huma subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u
(c)
l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
Artikolu 72b 4.
|
L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:
(a)
l-istituzzjoni ma titħalliex tinkludi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3;
(b)
il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
(c)
l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(d)
fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;
(e)
l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
Artikolu 72b 5.
|
L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' biss tippermetti li istituzzjoni tinkludi l-obbligazzjonijiet imsemmija jew fil-paragrafu 3 jew 4 bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
|
|
Artikolu 72b 6.
|
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti meta teżamina jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu ġewx issodisfati.
|
|
Artikolu 72b 7.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-forom u n-natura applikabbli ta' finanzjament indirett tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;
(b)
il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 72c(3).
Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2). L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|