|
+Artikolu 72b 4. |
Artikolu 72b 4.L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:
(a)
l-istituzzjoni ma titħalliex tinkludi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3;
(b)
il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;
(c)
l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(d)
fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;
(e)
l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|