+Artikolu 72h Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra

Artikolu 72h Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra

Artikolu 72h

Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra

L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:

(a) 

huma jistgħu jikkalkulaw assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira jew tkun l-istess bħal, inkella iktar tard, mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;

(ii) 

jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

(b) 

huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit