+Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72e Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
------+Artikolu 72e 1.
------+Artikolu 72e 2.
------+Artikolu 72e 3.
------+Artikolu 72e 4.
------+Artikolu 72e 5.
---+Artikolu 72f Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72g Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72h Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra
---+Artikolu 72i Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII
------+Artikolu 72i 1.
------+Artikolu 72i 2.
------+Artikolu 72i 3.
------+Artikolu 72i 4.
------+Artikolu 72i 5.
---+Artikolu 72j Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
------+Artikolu 72j 1.
------+Artikolu 72j 2.
------+Artikolu 72j 3.
|
Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72e Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
|
-
|
|
Artikolu 72f Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
|
Artikolu 72f
Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw assi materjali abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-parteċipazzjoni fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi;
(c)
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn assi materjali ta' titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.
|
|
Artikolu 72g Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
|
Artikolu 72g
Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72h u 72i.
|
|
Artikolu 72h Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra
|
Artikolu 72h
Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra
L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:
(a)
huma jistgħu jikkalkulaw assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira jew tkun l-istess bħal, inkella iktar tard, mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
(ii)
jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;
(b)
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi.
|
|
Artikolu 72i Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII
|
-
|
|
Artikolu 72j Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|