+Artikolu 134 Elementi oħrajn
---+Artikolu 134 1.
---+Artikolu 134 2.
---+Artikolu 134 3.
---+Artikolu 134 4.
---+Artikolu 134 5.
---+Artikolu 134 6.
---+Artikolu 134 7.
|
Artikolu 134 Elementi oħrajn
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 134 1.
|
Assi tanġibbli skont it-tifsira tal-punt 10 taħt l-intestatura “Assi” fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %.
|
|
Artikolu 134 2.
|
Pagamenti minn qabel u introjtu dovut li istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddetermina l-kontroparti tagħhom skont id-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.
|
|
Artikolu 134 3.
|
Elementi fi flus kontanti li qegħdin fil-proċess li jinġabru għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %. Flus kontanti li huma proprjetà ta' u miżmuma mill-istituzzjoni, jew fi tranżitu, u elementi fi flus kontanti ekwivalenti għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 0 %.
|
|
Artikolu 134 4.
|
Ingotti tad-deheb miżmuma fl-imħażen tas-sigurtà proprji jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet tal-ingotti tad-deheb għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.
|
|
Artikolu 134 5.
|
Fil-każ ta’ bejgħ ta’ assi u ta’ ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid u ta’ xiri forward dirett, il-piż tar-riskju għandu jkun dak assenjat lill-assi inkwistjoni u mhux lill-kontropartijiet tat-transazzjonijiet.
|
|
Artikolu 134 6.
|
Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi soġġett għall-kondizzjoni li l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-basket jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, sa massimu ta’ 1 250 % u mmultiplikati bl-ammont nominali tal-protezzjoni pprovdut mid-derivattiv ta’ kreditu sabiex jinkiseb l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju. L-iskoperturi n-1 li jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu determinati abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom tipproduċi ammont inqas ta’ skoperturi ponderati għar-riskju mill-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ kwalunkwe waħda mill-iskoperturi inkluża fl-aggregat.
|
|
Artikolu 134 7.
|
Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Pagamenti minimi tal-kiri huma l-pagamenti matul it-terminu tal-kiri li l-kerrej jagħmel jew jista’ jintalab jagħmel u kwalunkwe għażla bi prezz innegozjat li l-eżerċizzju tagħha jkun reġonevolment ċert. Kull parti li ma tkunx sid il-kera tista’ tintalab tagħmel pagament relatat mal-valur residwu ta’ proprjetà mikrija u li l-obbligu ta’ pagament jissodisfa s-sett ta’ kondizzjonijiet fl-Artikolu 201 fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent tat-tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikoli 213 sa 215, dak l-obbligu ta’ pagament jista’ jitqies bħala protezzjoni mhux finanzjata tal-kreditu skont il-Kapitolu 4. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi rilevanti ta’ skopertura skont l-Artikolu 112. Meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija, l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: 1/t * 100 % * valur residwu, fejn t huwa l-akbar wieħed ta’ 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li fadal tal-kirja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|