+Artikolu 137 użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni
---+Artikolu 137 1.
---+Artikolu 137 2.
|
Artikolu 137 użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 137 1.
|
Għall-fini tal-Artikolu 114, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li l-istituzzjoni tkun innominat, jekk waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet ssodisfatta:
(a)
tkun tirrigwarda klassifikazzjoni tar-riskju maqbul (consensus risk score) mill-Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-“Arranġament dwar il-Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni Appoġġjati Uffiċjalment” tal-OECD;
(b)
l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tippubblika l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħha, u l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tissottoskrivi għall-metodoloġija maqbula tal-OECD, u l-valutazzjoni tal-kreditu tiġi assoċjata ma’ wieħed mit-tmien primjums minimi tal-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni li l-metodoloġija maqbula tal-OECD tistabbilixxi. Istituzzjoni tista’ tirrevoka n-nomina ta’ Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni. L-istituzzjoni għandha tissostanzja r-revoka jekk jeżistu indikazzjonijiet konkreti li l-intenzjoni li hija l-bażi tar-revoka tkun biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali.
|
|
Artikolu 137 2.
|
Skoperturi li għalihom, għal finijiet ta’ peżar tar-riskju, ikun hemm rikonoxxuta valutazzjoni tal-kreditu minn Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 9.
Tabella 9
|
MEIP
|
0
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
7
|
|
Piż tar-riskju
|
0 %
|
0 %
|
20 %
|
50 %
|
100 %
|
100 %
|
100 %
|
150 %
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|