+Artikolu 150 Il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti
---+Artikolu 150 1.
---+Artikolu 150 1a.
---+Artikolu 150 2a.
|
Artikolu 150 Il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 150 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha li ġejjin:
(a)
skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e);
(b)
skoperturi assenjati għal klassijiet tal-iskoperturi jew li jappartjenu għal tipi ta' skoperturi fi klassi ta' skopertura, li għalihom l-istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni.
Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni għal klassi tal-iskoperturi partikolari tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għal xi tipi ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi, inkluż skoperturi ta' fergħat barranin u gruppi ta' prodotti differenti, meta dawk it-tipi ta' skoperturi jkunu immaterjali f'termini ta' daqs u ta' profil tar-riskju perċepit.
|
|
Artikolu 150 1a.
|
Minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, istituzzjoni tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi li ġejjin fejn jiġi applikat l-Approċċ IRB għal tipi oħra ta' skoperturi fl-istess klassi tal-iskoperturi:
(a)
skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-entitajiet fis-settur pubbliku tagħhom, sakemm:
(i)
ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dak il-gvern ċentrali u l-bank ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi; u
(ii)
l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4);
(b)
skoperturi ta' istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha, sakemm il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew impriża konnessa permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;
(c)
skoperturi bejn l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7).
Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal xi tipi biss ta' skoperturi fi klassi tal-iskoperturi, għandha tapplika l-Approċċ Standardizzat għat-tipi li jifdal ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi. Minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ta' dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu, istituzzjoni tista' tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal knejjes u għal komunitajiet reliġjużi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 115(3).
|
|
Artikolu 150 2a.
|
Sal-10 ta’ Lulju 2028, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar x'jikkostitwixxi tipi ta' skoperturi li huma immaterjali f'termini ta' daqs u profil tar-riskju perċepit.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|