+Artikolu 150 1.

Artikolu 150 1.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha li ġejjin:

(a) 

skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (e);

(b) 

skoperturi assenjati għal klassijiet tal-iskoperturi jew li jappartjenu għal tipi ta' skoperturi fi klassi ta' skopertura, li għalihom l-istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni.

Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni għal klassi tal-iskoperturi partikolari tista', soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għal xi tipi ta' skoperturi f'dik il-klassi tal-iskoperturi, inkluż skoperturi ta' fergħat barranin u gruppi ta' prodotti differenti, meta dawk it-tipi ta' skoperturi jkunu immaterjali f'termini ta' daqs u ta' profil tar-riskju perċepit.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit