+Artikolu 163 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
---+Artikolu 163 1.
---+Artikolu 163 2.
---+Artikolu 163 3.
---+Artikolu 163 4.
|
Artikolu 163 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 163 1.
|
Għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni ta' dawk l-iskoperturi, u b'mod partikolari għall-finijiet tal-Artikoli 154 u 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-PD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni għandha tkun l-ogħla mill-PD ta' sena assoċjata mal-grad jew l-aggregazzjoni interna tal-mutwatarju li għaliha tkun assenjata l-iskopertura fil-livell tal-konsumatur u l-valuri minimi tal-input tal-PD li ġejjin:
(a)
0,1 % għar-rotaturi tal-QRRE;
(b)
0,05 % għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur li mhumiex rotaturi tal-QRRE.
|
|
Artikolu 163 2.
|
Il-PD ta’ debituri jew, fejn jintuża l-approċċ abbażi tal-obbligi, ta’ skoperturi waqt inadempjenza għandha tkun 100 %.
|
|
Artikolu 163 3.
|
Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija, il-PD għandha tiġi stabbilita daqs l-istimi tal-EL għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Jekk istituzzjoni tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw bħala affidabbli, tista’ tintuża l-istima tal-PD.
|
|
Artikolu 163 4.
|
Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f'konformità mal-Artikolu 183.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|