+Artikolu 179 Rekwiżiti kumplessivi għall-istima
---+Artikolu 179 1.
---+Artikolu 179 2.

Artikolu 179 Rekwiżiti kumplessivi għall-istima

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 179 1.

Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandu jiġi assoċjat mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istimi proprji tal-parametri tar-riskju, tal-PD, tal-LGD, tal-fattur tal-konverżjoni u tal-EL tal-istituzzjoni għandhom jinkludu d-data, l-informazzjoni u l-metodi rilevanti kollha. L-istimi għandhom ikunu bbażati kemm fuq l-esperjenza storika kif ukoll fuq il-provi empiriċi, u mhux ibbażati biss fuq kunsiderazzjonijet ta’ ġudizzju. L-istimi għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi u għandhom ikunu bbażati fuq fatturi materjali tal-parametri tar-riskju rispettivi. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha data, aktar trid tkun konservattiva fl-istima tagħha;

(b) 

istituzzjoni għandha tkun tista’ tipprovdi analiżi sistematika tal-esperjenza ta’ telf tagħha f’termini ta’ frekwenza ta’ inadempjenzi, l-LGD, il-fattur ta’ konverżjoni, jew it-telf fejn jintużaw l-istimi tal-EL, bil-fatturi li hija tqis bħala l-fatturi tal-parametri tar-riskji rispettivi. L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirrappreżentaw esperjenza twila;

(c) 

għandha tiġi kkunsidrata kull bidla fil-prattika tal-għoti ta’ self jew fil-proċess biex jinġabru l-irkupri matul il-perijodi tal-osservazzjoni msemmija fl-Artikolu 180(1)(h) u (2)(e), l-Artikolu 181(1)(j) u (2), 182(2) u (3). L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirreflettu l-implikazzjonijiet tal-avvanzi tekniċi u data ġdida u informazzjoni oħra, hekk kif dawn isiru disponibbli. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi tagħhom meta jkun hemm informazzjoni ġdida iżda tal-inqas fuq bażi annwali;

(d) 

il-popolazzjoni tal-iskoperturi rappreżentati fid-data użata għall-istima, l-istandards tal-għoti tas-self użati meta d-data kienet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħrajn għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk tal-iskoperturi u l-istandards tal-istituzzjoni. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq, sottostanti għad-data, għandhom ikunu rilevanti għall-kondizzjonijiet attwali u dawk prevedibbli. In-numru ta’ skoperturi fil-kampjun u l-perijodu tad-data użat għall-kwantifikazzjoni għandhom ikunu biżżejjed sabiex jipprovdu fiduċja lill-istituzzjoni fir-rigward tal-preċiżjoni u r-robustezza tal-istimi tagħha;

(e) 

għal riċevibbli mixtrija, l-istimi għandhom jirreflettu l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-istituzzjoni li tixtri rigward il-kwalità tar-riċevibbli sottostanti, inkluża d-data għal aggregzzjonijiet simili pprovduti mill-bejjiegħ, mill-istituzzjoni li tixtri, jew minn sorsi esterni. L-istituzzjoni li tixtri għandha tevalwa kwalunkwe data li tkun ibbażat fuqha u li tkun ipprovduta mill-bejjiegħ;

▼M17

(f) 

sabiex jingħelbu l-preġudizzji, istituzzjoni għandha tinkludi aġġustamenti xierqa fl-istimi tagħha sa fejn ikun possibbli; wara li tkun inkludiet aġġustament xieraq, istituzzjoni għandha żżid mal-istimi tagħha marġni suffiċjenti ta' konservattiviżmu li huwa relatat mal-medda mistennija ta' żbalji fl-istima; fejn il-metodi u d-data jitqiesu li jkunu inqas sodisfaċenti, il-medda mistennija ta' żbalji tkun akbar u l-marġni ta' konservattiviżmu għandu jkun akbar.

▼B

Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti għall-kalkolu tal-piżijiet ta’ riskju u għall-għanijiet interni, dan għandu jkun dokumentat u raġonevoli. Jekk l-istituzzjonijiet jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għad-data miġbura qabel l-1 ta’ Jannar 2007 saru aġġustamenti adatti sabiex tinkiseb ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza stabbilita fl-Artikolu 178 jew mat-telf, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni xi flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-istandards meħtieġa għad-data.

Artikolu 179 2.

Meta l-istituzzjoni tuża data aggregata ma’ istituzzjonijiet oħrajn, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u l-kriterji ta’ istituzzjonijiet oħra fl-aggregazzjoni huma simili għal tagħha;

(b) 

l-aggregazzjoni hija rappreżentattiva tal-portafoll li għalih tintuża d-data aggregata;

(c) 

id-data aggregata tintuża b’mod konsistenti tul iż-żmien mill-istituzzjoni għall-istimi tagħha;

(d) 

l-istituzzjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-integrità tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tagħha;

(e) 

l-istituzzjoni għandha żżomm fost il-kapaċitajiet tagħha fehim biżżejjed tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha, inkluża l-kapaċità li timmonitorja b’mod effettiv u tagħmel verifika tal-proċess ta’ klassifikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit