+Artikolu 184 Rekwiżiti għal riċevibbli mixtrija
---+Artikolu 184 1.
---+Artikolu 184 2.
---+Artikolu 184 3.
---+Artikolu 184 4.
---+Artikolu 184 5.
---+Artikolu 184 6.

Artikolu 184 Rekwiżiti għal riċevibbli mixtrija

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 184 1.
Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jiġu assoċjati ma’ gradi jew aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni għal riċevibbli mixtrija, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.
Artikolu 184 2.
L-istruttura tal-faċilità għandha tiżgura li fiċ-ċirkostanzi prevedibbli kollha, l-istituzzjoni għandha s-sjieda u l-kontroll effettivi tar-rimessi kollha ta’ flus mir-riċevibbli. Meta d-debitur jagħmel pagamenti direttament lil bejjiegħ jew lil ġestur (servicer), l-istituzzjoni għandha tivverifika b’mod regolari li l-pagamenti jsiru kompletament u skont it-termini miftehma fil-kuntratt. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri sabiex jiżguraw li s-sjieda fuq ir-riċevibbli u l-irċevuti tal-flus hija protetta kontra moratorji fallimentari jew rikorsi legali li jistgħu idewmu materjalment il-kapaċità tal-mutwatarju li jillikwida jew jassenja r-riċevibbli jew iżomm il-kontroll fuq l-irċevuti tal-flus.
Artikolu 184 3.

L-istituzzjoni għandha tissorvelja kemm il-kwalità tar-riċevibbli mixtrija kif ukoll il-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-ġestur. Dan li ġej għandu japplika:

(a) 

l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-korrelazzjoni bejn il-kwalità tar-riċevibbli mixtrija u l-kondizzjoni finanzjarja kemm tal-bejjiegħ kif ukoll tal-ġestur, u timplimenta politiki u proċeduri interni li jipprovdu salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu kontra kull kontinġenza, inkluża l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna tar-riskju għal kull bejjiegħ u ġestur;

(b) 

l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-bejjiegħ u tal-ġestur. L-istituzzjoni jew l-aġent tagħha għandhom iwettqu analiżi perjodiċi tal-bejjiegħa u l-ġesturi sabiex jivverifikaw il-preċiżjoni tar-rapporti mill-bejjiegħ jew mill-ġestur, jiskopru frodi jew punti debboli operattivi, u jivverifikaw il-kwalità tal-politiki ta’ kreditu tal-bejjiegħ u l-politiki u l-proċeduri tal-irkupru tal-ġestur. Ir-riżultati ta’ dawn l-analiżi għandhom jiġu dokumentati;

(c) 

l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-karatteristiċi tal-aggregazzjonijiet ta’ riċevibbli mixtrija, inkluż is-sovravvanzi; l-istorja tal-arretrati tal-bejjiegħ, dejn mitluf, u provviżjonijiet għad-dejn mitluf; termini tal-pagament, u l-kontrakontijiet potenzjali;

(d) 

l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ ta’ konċentrazzjonijiet ta’ debitur wieħed fuq bażi aggregata kemm fi ħdan kif ukoll fost il-aggregazzjonijiet ta’ riċevibbli mixtrija;

(e) 

l-istituzzjoni għandha tiżgura li tirċievi mingħand il-ġestur rapporti f’waqthom u biżżejjed dettaljati tal-iskadenzi u dilwizzjonijiet tar-riċevibbli sabiex tiżgura l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-istituzzjoni u l-politiki tal-avvanzi li jirregolaw ir-riċevibbli mixtrija, u jipprovdu mod effettiv li bih jissorveljaw u jikkonfermaw it-termini tal-bejgħ u d-dilwizzjoni tal-bejjiegħ.

Artikolu 184 4.
L-istituzzjoni għandu jkollha sistemi u proċeduri biex jinkixfu deterjoramenti fil-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-kwalità tar-riċevibbli mixtrija fi stadju bikri, u biex jindirizzaw il-problemi emerġenti b’mod proattiv. B’mod partikolari, l-istituzzjoni għandu jkollha politiki, proċeduri u sistemi ta’ informazzjoni ċari u effettivi għall-monitoraġġ ta’ vjolazzjonijiet tal-ftehim kuntrattwali, u politiki u proċeduri ċari u effettivi għall-bidu ta’ azzjonijiet legali u għall-indirizzar ta’ riċevibbli mixtrija bi problemi.
Artikolu 184 5.
L-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi li jirregolaw il-kontroll tar-riċevibbli mixtrija, il-kreditu, u l-flus. B’mod partikolari, politiki interni miktuba għandhom jispeċifikaw l-elementi materjali kollha tal-programm ta’ xiri ta’ riċevibbli, inklużi r-rati tal-avvanzi, il-kollateral eliġibbli, id-dokumentazzjoni neċessarja, il-limiti ta’ konċentrazzjoni, u l-mod kif għandhom jiġu ttrattati l-irċevuti tal-flus. Dawn l-elementi għandhom iqisu b’mod adatt il-fatturi rilevanti u materjali kollha, inklużi l-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u tal-ġestur, il-konċentrazzjonijiet tar-riskju, u x-xejriet fil-kwalità tar-riċevibbli mixtrija u l-klijentela tal-bejjiegħ, u s-sistemi interni għandhom jiżguraw li l-fondi jiġu avvanzati biss kontra kollateral u dokumentazzjoni ta’ appoġġ speċifikati.
Artikolu 184 6.
L-istituzzjoni għandu jkollha proċess intern effettiv għall-valutazzjoni tal-konformità mal-politiki u l-proċeduri interni kollha. Il-proċess għandu jinkludi verifiki regolari tal-fażijiet kritiċi kollha tal-programm ta’ xiri tar-riċevibbli ta’ istituzzjoni, verifika tas-separazzjoni tal-inkarigi, l-ewwel bejn il-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tal-ġestur u l-valutazzjoni tad-debitur u t-tieni bejn il-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tal-ġestur u l-verifika fuq il-post tal-bejjiegħ u tal-ġestur, u evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-back office, b’enfasi partikolari fuq il-kwalifiki, l-esperjenza, il-livell tal-persunal, u s-sistemi ta’ awtomatizzati ta’ appoġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit