+Artikolu 189 Governanza Korporattiva
---+Artikolu 189 1.
---+Artikolu 189 2.
---+Artikolu 189 3.
|
Artikolu 189 Governanza Korporattiva
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 189 1.
|
L-aspetti materjali kollha tal-proċessi tal-klassifikazzjoni u tal-istimar għandhom jiġu approvati mill-korp ta’ ġestjoni tal-istituzzjoni jew kumitat maħtur minnu u mill-amministrazzjoni għolja. Dawn il-partijiet għandu jkollhom fehim ġenerali tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni u konoxxenza dettaljata tar-rapporti tal-maniġment assoċjat magħha.
|
|
Artikolu 189 2.
|
L-amministrazzjoni għolja għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għandhom jipprovdu notifika lill-korp ta’ ġestjoni jew lill-kumitat maħtur minnu dwar bidliet materjali jew eċċezzjonijiet mill-politiki stabbiliti li ser ikollhom effett materjali fuq l-operazzjonijiet tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal- istituzzjoni;
(b)
għandu jkollhom fehim tajjeb tal-impostazzjoni u l-operazzjonijiet tas-sistemi tal-klassifikazzjoni;
(c)
għandhom jiżguraw, fuq bażi kontinwa li s-sistemi tal-klassifikazzjoni qed joperaw sew.
L-amministrazzjoni għolja għandha tkun informata regolarment mill-unitajiet tal-kontroll tar-riskji tal-kreditu dwar il-prestazzjoni tal-proċess tal-klassifikazzjoni, l-oqsma li jeħtieġu titjib, u l-qagħda tal-isforzi sabiex jitjiebu n-nuqqasijiet identifikati qabel.
|
|
Artikolu 189 3.
|
L-analiżi bbażata fuq il-klassifikazzjoni interna tal-profil tar-riskju tal-kreditu tal-istituzzjoni għandha tkun parti essenzjali mir-rappurtar tal-maniġment lil dawn il-partijiet. Ir-rappurtar għandu jinkludi mill-inqas profil tar-riskju skont il-grad, il-migrazzjoni fost il-gradi, l-istima tal-parametri rilevanti skont il-grad, u l-paragun ta’ rati ta’ inadempjenza realizzati, u l-punt sa fejn jintużaw l-istimi proprji ta’ LGDs realizzati u l-fatturi ta’ konverżjoni realizzati kontra aspettattivi u r-riżultati tas-simulazzjoni ta’ kriżi. Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tiddependi fuq l-importanza u t-tip tal-informazzjoni u l-livell tar-riċevitur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|