Artikolu 196
Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
L-istituzzjonijiet li jadottaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 223 jistgħu jikkunsidraw l-effetti tal-kuntratti bilaterali ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali ma’ kontroparti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 299, il-kollateral meħud u t-titoli jew il-prodotti li ttieħdu b’self f’tali ftehimiet jew transazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-kollateral stabbiliti fl-Artikoli 197 u 198.