|
+Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206 |
Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206 Il-ftehimiet tan-netting fil-karta tal-bilanċ għajr il-ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206 għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
dawk il-ftehimiet huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fl-każ ta’ insolvenza jew falliment ta’ kontroparti;
(b)
fi kwalunkwe mument, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-assi u l-passivi li huma soġġetti għal dawn il-ftehimiet;
(c)
l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu fuq bażi kontinwa;
(d)
l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw l-iskoperturi rilevanti fuq bażi netta u jagħmlu dan fuq bażi kontinwa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|