+Subtaqsima 1 Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu
---+Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206
---+Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
---+Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
------+Artikolu 207 1.
------+Artikolu 207 2.
------+Artikolu 207 3.
------+Artikolu 207 4.
------+Artikolu 207 5.
---+Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
------+Artikolu 208 1.
------+Artikolu 208 2.
------+Artikolu 208 3.
------+Artikolu 208 3a.
------+Artikolu 208 4.
------+Artikolu 208 5.
---+Artikolu 209 Rekwiżiti għar-reċivibbli
------+Artikolu 209 1.
------+Artikolu 209 2.
------+Artikolu 209 3.
---+Artikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor
---+Artikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati
---+Artikolu 212 Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
------+Artikolu 212 1.
------+Artikolu 212 2.
|
Subtaqsima 1 Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu
Subtaqsima 1 Protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 205 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206
|
Artikolu 205
Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206
Il-ftehimiet tan-netting fil-karta tal-bilanċ għajr il-ftehimiet ewlenin ta’ netting imsemmija fl-Artikolu 206 għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
dawk il-ftehimiet huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fl-każ ta’ insolvenza jew falliment ta’ kontroparti;
(b)
fi kwalunkwe mument, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-assi u l-passivi li huma soġġetti għal dawn il-ftehimiet;
(c)
l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw ir-riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu fuq bażi kontinwa;
(d)
l-istituzzjonijiet jissorveljaw u jikkontrollaw l-iskoperturi rilevanti fuq bażi netta u jagħmlu dan fuq bażi kontinwa.
|
|
Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
|
Artikolu 206
Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali
Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn il-kollateral ipprovdut skont dawn il-ftehimiet jissodosfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 207(2) sa (4) u fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;
(b)
jagħtu d-dritt lil parti mhux inadempjenti li ttemm u tagħlaq fil-waqt it-transazzjonijiet kollha skont il-ftehim malli sseħħ inadempjenza, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;
(c)
jipprovdu għal netting ta’ qligħ u telf għal transazzjonijiet imwettqa skont ftehim sabiex ikun dovut ammont nett wieħed minn parti waħda lill-oħra.
|
|
Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
|
-
|
|
Artikolu 208 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli
|
-
|
|
Artikolu 209 Rekwiżiti għar-reċivibbli
|
-
|
|
Artikolu 210 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor
|
Artikolu 210
Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor
Kollateral fiżiku għajr kollateral li huwa proprjetà immobbli għandu jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont l-Approċċ IRB fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-arraġnament tal-kollateral li taħtu jiġi pprovdut il-kollateral fiżiku lill-istituzzjoni għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha u għandu jippermetti lill-istituzzjoni li tirrealizza l-valur tal-kollateral fi żmien raġonevoli;
(b)
bl-eċċezzjoni unika tal-pretensjonijiet tal-ewwel prijorità permissibbli msemmija fl-Artikolu 209(2)(b), l-ewwel rhuna, jew imposti fuq, kollateral biss għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli u istituzzjoni għandu jkollha prijorità fuq il-mutwanti l-oħra kollha għar-rikavat realizzat mill-kollateral;
(c)
l-istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw il-valur tal-kollateral fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba fis-sena. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti fejn is-suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet;
(d)
il-ftehim ta’ self għandu jinkludi deskrizzjonijiet dettaljati tal-kollateral kif ukoll speċifikazzjonijiet dettaljati tal-mod u l-frekwenza tar-rivalutazzjoni;
(e)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-kreditu interni tagħhom disponibbli għall-eżami tat-tipi ta’ kollateral fiżiku li jaċċettaw u l-politiki u l-prattiki li għandhom fis-seħħ fir-rigward tal-ammont xieraq ta’ kull tip ta’ kollateral relatat mal-ammont tal-iskopertura;
(f)
il-politiki ta’ kreditu tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-istruttura tat-transazzjoni għandhom jindirizzaw dawn li ġejjin:
(i)
ir-rekwiżiti ta’ kollateral xieraq relattiv għall-ammont tal-iskopertura;
(ii)
il-kapaċità ta’ likwidazzjoni fil-pront tal-kollateral;
(iii)
il-kapaċità li prezz jew valur tas-suq ikun stabbilit b’mod oġġettiv;
(iv)
il-frekwenza li biha l-valur jista’ jinkiseb fil-pront, inkluża evalwazzjoni jew valutazzjoni professjonali;
(v)
il-volatilità jew approssimazzjoni tal-volatilità tal-valur tal-kollateral.
▼M17
(g)
meta jwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont bis-sħiħ ta' kull deterjorament jew obsolexxenza tal-kollateral, billi jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti tal-passaġġ taż-żmien fuq kollateral sensittiv għall-moda jew iż-żmien; għal kollateral fiżiku, l-obsolexxenza tal-kollateral għandha tinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet ta' valwazzjoni relatati mal-ESG relatati ma' projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet imposti mill-objettivi regolatorji u l-atti legali rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta' pajjiżi terzi;
▼B
(h)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li fiżikament jispezzjonaw il-kollateral. Għandu jkollhom ukoll politiki u proċeduri fis-seħħ sabiex jindirizzaw l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal spezzjoni fiżika;
(i)
il-kollateral użat bħala protezzjoni għandu jkun adegwament assigurat kontra r-riskju ta’ ħsara u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw dan.
▼M17
Meta ftehimiet ta' titoli ġenerali, jew forom oħra ta' imposta flessibbli, jipprovdu lill-istituzzjoni mutwanti bi pretensjoni reġistrata fuq l-assi ta' kumpanija u meta dik il-pretensjoni jkun fiha kemm assi li ma jkunux eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB kif ukoll assi li jkunu eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjoni tista' tirrikonoxxi dawk l-assi tal-aħħar bħala protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli. F'dak il-każ, dak ir-rikonoxximent għandu jkun kundizzjonali fuq dawk l-assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eliġibbiltà tal-kollateral skont l-Approċċ IRB kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.
▼B
|
|
Artikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati
|
Artikolu 211
Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet ta’ kiri bħala kollateralizzati skont it-tip ta’ proprjetà mikrija, fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 208 jew 210, kif applikabbli, għat-tip ta’ proprjetà mikrija sabiex tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli;
(b)
is-sid il-kera għandu fis-seħħ ġestjoni tar-riskji robust fir-rigward tal-użu magħmul mill-assi mikrija, il-lokalità tiegħu, l-età u t-tul ta’ żmien ippjanat tal-użu tiegħu, inkluż monitoraġġ xieraq tal-valur tal-garanzija;
(c)
is-sid il-kera huwa l-proprjetarju legali tal-assi u jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu bħala sid fil-ħin;
(d)
fejn din għadha ma ġietx aċċertata fil-kalkolu tal-livell ta’ LGD, id-differenza bejn il-valur tal-ammont mhux ammortizzat u l-valur tas-suq tal-garanzija mhijiex daqshekk kbira li tenfasizza wisq il-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu attribwita lill-assi mikrijin.
|
|
Artikolu 212 Rekwiżiti għal protezzjoni ffinanzjata oħra tal-kreditu
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|