+Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali

Artikolu 206 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali

Artikolu 206

Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali

Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fejn il-kollateral ipprovdut skont dawn il-ftehimiet jissodosfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 207(2) sa (4) u fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;

(b) 

jagħtu d-dritt lil parti mhux inadempjenti li ttemm u tagħlaq fil-waqt it-transazzjonijiet kollha skont il-ftehim malli sseħħ inadempjenza, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;

(c) 

jipprovdu għal netting ta’ qligħ u telf għal transazzjonijiet imwettqa skont ftehim sabiex ikun dovut ammont nett wieħed minn parti waħda lill-oħra.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit