|
+Artikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati |
Artikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzatiArtikolu 211 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skoperturi li jirriżultaw minn transazzjonijiet ta’ kiri bħala kollateralizzati skont it-tip ta’ proprjetà mikrija, fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 208 jew 210, kif applikabbli, għat-tip ta’ proprjetà mikrija sabiex tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli;
(b)
is-sid il-kera għandu fis-seħħ ġestjoni tar-riskji robust fir-rigward tal-użu magħmul mill-assi mikrija, il-lokalità tiegħu, l-età u t-tul ta’ żmien ippjanat tal-użu tiegħu, inkluż monitoraġġ xieraq tal-valur tal-garanzija;
(c)
is-sid il-kera huwa l-proprjetarju legali tal-assi u jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu bħala sid fil-ħin;
(d)
fejn din għadha ma ġietx aċċertata fil-kalkolu tal-livell ta’ LGD, id-differenza bejn il-valur tal-ammont mhux ammortizzat u l-valur tas-suq tal-garanzija mhijiex daqshekk kbira li tenfasizza wisq il-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu attribwita lill-assi mikrijin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|