+Artikolu 214 Kontrogaranziji sovrani u ta’ entitajiet oħrajn tas-settur pubbliku
---+Artikolu 214 1.
---+Artikolu 214 2.
---+Artikolu 214 3.

Artikolu 214 Kontrogaranziji sovrani u ta’ entitajiet oħrajn tas-settur pubbliku

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 214 1.

L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-iskoperturi msemmijin fil-paragrafu 2 bħala protetti b’garanzija provduta mill-entitajiet elenkati f’dak il-paragrafu, jekk ikunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kontrogaranzija tkopri l-elementi kollha tar-riskju tal-kreditu tal-pretensjoni;

(b) 

garanziji stabbiliti fl-Artikoli 213 u 215(1), għajr il-fatt li l- kontrogaranzija mhux neċessarjament tkun diretta;

(c) 

kopertura tal-kontrogaranzija hija inqas mill-ekwivalenti effettiv għal dik ta’ garanzija diretta mill-entità inkwistjoni.

Artikolu 214 2.

It-trattament stipulat fil-paragrafu 1 għandu japplika għal skoperturi protetti b’garanzija li hija kontrogarantita minn waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:

(a) 

gvern ċentrali jew bank ċentrali;

(b) 

gvern reġjonali jew awtorità lokali;

(c) 

entità tas-settur pubbliku, li l-pretensjonijiet fuqha huma ttrattati bħala pretensjonijiet fuq l-gvern ċentrali skont l-Artikolu 116(4);

(d) 

bank ta’ żvilupp multilaterali jew organizzazzjoni internazzjonali, li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont jew permezz tal-Artikoli 117(2) u 118 rispettivament;

(e) 

entità tas-settur pubbliku, li pretensjonijiet fuqha huma ttrattati skont l-Artikolu 116(1) u (2).

Artikolu 214 3.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 ukoll għal skopertura li mhijiex kontrogarantita minn entità elenkata fil-paragrafu 2 fejn il-kontrogaranzija nfisha ta’ dik l-iskopertura hija direttament garantita minn waħda minn dawk l-entitajiet u jkunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit