+Artikolu 283 Permess biex jintuża l-Metodu tal-Mudell Intern
---+Artikolu 283 1.
---+Artikolu 283 2.
---+Artikolu 283 3.
---+Artikolu 283 4.
---+Artikolu 283 5.
---+Artikolu 283 6.
|
Artikolu 283 Permess biex jintuża l-Metodu tal-Mudell Intern
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 283 1.
|
Sakemm l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li istituzzjoni laħqet ir-rekwiżit fil-paragrafu 2, għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni tuża il-Metodu tal-Mudell Intern (IMM) sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal kull waħda minn dawn it-transazzjonijiet:
(a)
transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(a);
(b)
transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(b), (c) u (d);
(c)
transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(a) sa (d),
Fejn istituzzjoni għandha l-permess tuża l-IMM sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal kwalunkwe transazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu, tista’ wkoll tuża l-IMM għat-transazzjonijiet fl-Artikolu 273(2)(e). Minkejja t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 273(1), istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tapplikax dan il-metodu għal skoperturi li huma immaterjali fid-daqs u r-riskju. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tapplika wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 5 għal dawn l-iskoperturi meta r-rekwiżiti rilevanti għal kull approċċ ikunu sodisfatti.
|
|
Artikolu 283 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-IMM għall-kalkoli imsemmija fil-paragrafu 1 biss jekk l-istituzzjoni tkun uriet li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu vverifikaw li s-sistemi għall-ġestjoni tas-CCR tal-istituzzjoni huma validi u implimentati b’mod korrett.
|
|
Artikolu 283 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet biex għal perijodu limitat jimplimentaw l-IMM b’mod sekwenzjali fost tipi differenti ta’ transazzjonijiet. Matul dan il-perijodu ta’ implimentazzjoni sekwenzjali, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 5 għat-tip ta’ transazzjoni li għaliha ma jużawx l-IMM.
|
|
Artikolu 283 4.
|
Għat-tranżazzjonijiet tad-derivati OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul li għalihom istituzzjoni ma rċevietx permess skont il-paragrafu 1 sabiex tuża l-IMM, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3. Dawk il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni fuq bażi permanenti fi ħdan grupp.
|
|
Artikolu 283 5.
|
Istituzzjoni li skont il-paragrafu 1 għandha l-permess tuża l-IMM ma għandhiex terġa' lura għall-użu tal-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 5 sakemm ma tingħatax permess mill-awtorità kompetenti sabiex tagħmel dan. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess jekk l-istituzzjoni turi kawża ġusta.
|
|
Artikolu 283 6.
|
Jekk istituzzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tagħmel waħda milli ġej:
(a)
tippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan li jerġa’ jwassal għall-konformità bla dewmien;
(b)
turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-effett tan-nuqqas ta’ konformità huwa immaterjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|