+Artikolu 292 Integrità tal-proċess ta’ mmudellar
---+Artikolu 292 1.
---+Artikolu 292 2.
---+Artikolu 292 3.
---+Artikolu 292 4.
---+Artikolu 292 5.
---+Artikolu 292 6.
---+Artikolu 292 7.
---+Artikolu 292 8.
---+Artikolu 292 9.
---+Artikolu 292 10.
|
Artikolu 292 Integrità tal-proċess ta’ mmudellar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 292 1.
|
Istituzzjoni għandha tiżgura l-integrità tal-proċess ta’ mmudellar kif stabbilit fl-Artikolu 284 billi mill-inqas tadotta l-miżuri li ġejjin:
(a)
il-mudell għandu jirrefletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni b’mod pront komplet, u konservattiv;
(b)
dawn it-termini għandhom jinkludu mill-inqas l-ammonti nozzjonali tal-kuntratt, il-maturità, l-assi ta’ referenza, l-arranġamenti tal-marġinazzjoni u l-arranġamenti tan-netting;
(c)
dawk it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinżammu f’bażi ta’ data li hija soġġetta għal verifika formali u perijodika;
(d)
proċess għar-rikonoxximent tal-arranġamenti tan-netting li jeħtieġ persunal legali li jivverifika li n-netting f’dawk l-arranġamenti huwa legalment infurzabbli;
(e)
il-verifika meħtieġa mill-punt (d) għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ data msemmija fil-punt (c) minn unità indipendenti;
(f)
it-trasmissjoni tad-data dwar it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni fil-mudell EPE għandha tkun soġġetta għal verifika interna;
(g)
għandu jkun hemm proċessi għar-rikonċiljazzjoni formali bejn il-mudell u s-sitemi tas-sorsi tad-data sabiex jiġi verifikat b’mod kontinwu li t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni qed ikunu riflessi fl-EPE b’mod korrett jew mill-inqas b’mod konservattiv.
|
|
Artikolu 292 2.
|
Għandha tintuża data tas-suq attwali għad-determinazzjoni l-iskoperturi attwali. Istituzzjoni tista’ tikkalibra l-mudell EPE tagħha permezz ta’ data tas-suq storika jew data tas-suq impliċita sabiex tistabbilixxi parametri tal-proċessi stokastiċi sottostanti, bħad-drift, il-volatilità u l-korrelazzjoni. Jekk istituzzjoni tuża data storika, mill-inqas għandha tuża tliet snin ta’ tali data. Id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi trimestrali, u aktar sikwit jekk dan ikun neċessarju sabiex jiġu riflessi l-kondizzjonijiet tas-suq. Għall-kalkolu tal-EPE Effettiva permezz tal-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi, istituzzjoni għandha tikkalibra l-EPE Effettiva permezz ta’ tliet snin ta’ data li tinkludi perijodu ta’ kriżi għad-differenzjali tal-inadempjenzi tal-kreditu tal-kontropartijiet tagħha jew permezz ta' data tas-suq impliċita minn tali perijodu ta’ kriżi. Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu applikati mill-istituzzjoni għal dan il-għan.
|
|
Artikolu 292 3.
|
Istituzzjoni għandha turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, mill-inqas kull tliet xhur, li l-perijodu ta’ kriżi użat għall-kalkolu skont dan il-paragrafu jikkoinċidi ma’ perijodu ta’ żieda tad-differenzali ta' swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew differenzjali oħra tal-kreditu (bħal għoti ta' self jew bond korporattiva) għal selezzjoni rappreżentattiva tal-kontropartijiet tagħha ma' firxiet tal-kreditu negozjati. F’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma jkollhiex data adegwata dwar il-firxa tal-kreditu għal kontroparti, għandha tabbina dik il-kontroparti ma' data dwar differenzjal tal-kreditu speċifiku bbażata fuq ir-reġjun, il-klassifikazzjoni interna u t-tip ta’ negozju.
|
|
Artikolu 292 4.
|
Il-mudell EPE għall-kontropartijiet kollha għandu juża d-data, jew storika jew impliċita, li tinkludi d-data mill-perijodu taħt kondizzjonijiet ta' kriżi għall-kreditu u għandha tuża tali data b’mod konsistenti mal-metodu użat għall-kalibrazzjoni tal-mudell EPE għad-data attwali.
|
|
Artikolu 292 5.
|
Sabiex tevalwa l-effettività tal-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi tagħha għall-EEPE, l-istituzzjoni għandha toħloq diversi portafolli ta' referenza li huma vulnerabbli għall-fatturi tar-riskju ewlenin li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni. L-iskopertura għal dawn il-portafolli ta' referenza għandha tiġi kkalkulata billi tintuża (a) metodoloġija tal-kondizzjonijiet ta' kriżi, ibbażata fuq valuri tas-suq attwali u parametri tal-mudell kalibrati għall-kondizzjonijiet tas-suq taħt kriżi, u (b) l-iskopertura ġġenerata matul il-perijodu ta’ kriżi, iżda bl-applikazzjoni tal-metodu stabbilit f’din it-Taqsima (il-valur tas-suq fi tmiem il-perijodu ta’ kriżi, il-volatilitajiet, u l-korrelazzjonijiet mill-perijodu ta’ kriżi ta’ 3 snin). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil istituzzjoni sabiex taġġusta l-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi jekk l-iskoperturi ta’ dawk il-portafolli ta' referenza jiddevjaw b’mod sostanzjali minn xulxin.
|
|
Artikolu 292 6.
|
Istituzzjoni għandha tissuġġetta l-mudell għal proċess ta’ validazzjoni li huwa artikolat b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjoni. Dan il-proċess ta’ validazzjoni għandu:
(a)
jispeċifika t-tip ta’ ttestjar meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-mudell u jiġu identifikati l-kondizzjonijiet li skonthom is-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tal-mudell ma jkunux adatti u għaldaqstant, jistgħu jirriżultaw f’sottovalutazzjoni tal-EPE;
(b)
jinkludi analiżi tal-kompletezza tal-mudell.
|
|
Artikolu 292 7.
|
Istituzzjoni għandha tissorvelja r-riskji rilevanti u jkollha proċessi implimentati sabiex taġġusta l-istimi tagħha tal-EEPE meta dawn ir-riskji jsiru sinifikanti. Għall-konformità ma’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni għandha:
(a)
tidentifika u tiġġestixxi l-iskoperturi tagħha għar-Riskju Speċifiku Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 291(1)(b) u l-iskoperturi għar-Riskju Ġenerali Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 291(1)(a);
(b)
għal skoperturi bi profil tar-riskju li jiżdied wara sena, tqabbel fuq bażi regolari l-istima tal-miżura rilevanti tal-iskopertura fuq sena mal-istess miżura tal-iskopertura matul il-ħajja tal-iskopertura;
(c)
għal skoperturi b’maturità residwa taħt sena, tqabbel fuq bażi regolari il-prezz għas-sostituzzjoni (skopertura attwali) u l-profil tal-iskopertura realizzata, u taħżen data li tkun tippermetti tali tqabbil.
|
|
Artikolu 292 8.
|
Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tinkludi transazzjoni f’sett ta’ netting, it-transazzjoni tkun koperta minn kuntratt ta’ netting infurzabbli legalment li jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 7.
|
|
Artikolu 292 9.
|
Istituzzjoni li tuża kollateral sabiex ittaffi s-CCR tagħha għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tirrikonoxxi l-effett ta’ kollateral fil-kalkoli tagħha, il-kollateral jilħaq l-istandards ta' ċertezza legali speċifikati fil-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 292 10.
|
L-ABE għandha tissorvelja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|