+Artikolu 293 Rekwiżiti għas-sistema tal-ġestjoni tar-riskji
---+Artikolu 293 1.
---+Artikolu 293 2.
---+Artikolu 293 3.
---+Artikolu 293 4.
---+Artikolu 293 5.
---+Artikolu 293 6.
|
Artikolu 293 Rekwiżiti għas-sistema tal-ġestjoni tar-riskji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 293 1.
|
Istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
għandha tissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5;
(b)
għandha twettaq programm regolari ta’ ttestjar retrospettiv, li jqabbel il-miżuri tar-riskju ġenerati mill-mudell ma' miżuri tar-riskju realizzati, u l-varjazzjonijiet ipotetiċi bbażati fuq pożizzjonijiet statiċi ma’ miżuri realizzati;
(c)
għandha twettaq validazzjoni inizjali u analiżi perijodika kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u tal-miżuri tar-riskju ġġenerati minnu. Il-validazzjoni u l-analiżi għandhom ikunu indipendenti mill-iżvilupp tal-mudell;
(d)
il-korp ta' ġestjoni u l-amministrazzjoni għolja għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-kontroll tar-riskji u għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-kontroll tar-riskji tal-kreditu u tar-riskji tal-kreditu tal-kontroparti. F'dan ir-rigward, ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija mill-unità ta’ kontroll tar-riskji indipendenti stabbilita skont l-Artikolu 287(1)(a) għandhom jiġu analizzati minn livell ta' maniġment b'anzjanità u awtorità suffiċjenti sabiex jinforza kemm it-tnaqqis ta' pożizzjonijiet meħuda minn operaturi individwali kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura għar-riskju kumplessiva tal-istituzzjoni;
(e)
il-mudell intern tal-kalkolu tar-riskji tal-iskopertura għandu jkun integrat fil-proċess ta’ ġestjoni ta’ kuljum tar-riskji tal-istituzzjoni;
(f)
is-sistema ta’ kalkolu tar-riskji għandha tintuża flimkien ma’ limiti interni tan-negozjar u l-iskoperturi. F’dan ir-rigward, il-limiti tal-iskoperturi għandhom ikunu relatati mal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni b’mod li huwa konsistenti tul iż-żmien u li huwa mifhum sewwa mill-operaturi, mill-funzjoni ta’ kreditu u mill-amministrazzjoni għolja;
(g)
istituzzjoni għandha tiżgura li s-sistema tal-ġestjoni tar-riskji tagħha hija dokumentata sew. B’mod partikolari, għandha żżomm sett dokumentat ta’ politiki, kontrolli u proċeduri interni rigward l-funzjonament tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji, u l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità ma’ dawn il-politiki;
(h)
analiżi indipendenti tas-sitema tal-kalkolu tar-riskji għandha titwettaq b’mod regolari fil-proċess tal-verifka interna tal-istituzzjoni stess. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozju kif ukoll tal-unità indipendenti tal-kontroll tar-riskji. Analiżi tal-proċess kumplessiv tal-ġestjoni tar-riskji għandha titwettaq f'intervalli regolari (u mhux inqas minn darba fis-sena) u għandha tindirizza b’mod speċifiku, bħala minimu, l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 288;
(i)
il-validazzjoni kostanti tal-mudelli tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, inkluż l-ittestjar retrospettiv, għandha tiġi analizzata b’mod perijodiku minn livell ta’ maniġment b’awtorità biżżejjed sabiex jiddeċiedi dwar l-azzjoni li ser tittieħed sabiex jiġu indirizzati l-punti debboli fil-mudelli.
|
|
Artikolu 293 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 meta jiffissaw l-livell ta' alpha, kif stabbilit fl-Artikolu 284(4). Huma biss l-istituzzjonijiet li jikkonformaw b’mod sħiħ ma’ dawk ir-rekwiżiti li għandhom ikunu eliġibbli għall-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni minimu.
|
|
Artikolu 293 3.
|
Istituzzjoni għandha tiddokumenta l-proċess għall-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-kalkolu tal-miżuri tar-riskju ġġenerat mill-mudelli f’livell ta’ dettall li jkun jippermetti lil parti terza sabiex toħloq mill-ġdid, rispettivament, l-analiżi u l-miżuri tar-riskju. Dik id-dokumentazzjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza li biha titwettaq l-analiżi retrospettiva tal-ittestjar u kwalunkwe validazzjoni kostanti oħra, kif titwettaq il-validazzjoni fir-rigward tal-flussi tad-data u l-portafolli u l-analiżi li jintużaw.
|
|
Artikolu 293 4.
|
Istituzzjoni għandha tiddefinixxi kriterji li bihom tivvaluta l-mudelli tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-mudelli li jiddaħħlu fil-kalkolu tal-iskopertura u żżomm politika bil-miktub li tispjega l-proċess li bih tkun identifikata u rimedjata prestazzjoni mhux aċċettabbli.
|
|
Artikolu 293 5.
|
Istituzzjoni għandha tiddefinixxi kif il-portafolli rappreżentattivi tal-kontroparti jinbnew għall-finijiet tal-validazzjoni ta’ mudell tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tiegħu.
|
|
Artikolu 293 6.
|
Il-validazzjoni tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħhom li jipproduċu previżjoni ta' distribuzzjonijiet għandha tikkonsidra aktar minn statistika waħda tal-previżjoni tad-distribuzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|