+Artikolu 295 Rikonoxximent ta' netting kuntrattwali bħala tnaqqis tar-riskju

Artikolu 295 Rikonoxximent ta' netting kuntrattwali bħala tnaqqis tar-riskju

Artikolu 295

Rikonoxximent ta' netting kuntrattwali bħala tnaqqis tar-riskju

L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala tnaqqis mir-riskju skont l-Artikolu 298 biss it-tipi ta’ ftehimiet kuntrattwali ta’ netting li ġejjin fejn il-ftehim ta’ netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296 u fejn l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 297:

(a) 

kuntratti bilaterali ta' novazzjoni bejn istituzzjoni u l-kontroparti tagħha skont liema pretensjonijiet reċiproċi u obbligazzjonijiet huma awtomatikament amalgamati b’tali mod li n-novazzjoni tistabbilixxi ammont nett uniku wieħed kull darba li tapplika sabiex jinħoloq kuntratt wieħed ġdid li jieħu post il-kuntratti preċedenti kollha u l-obbligazzjonijiet kollha bejn il-partijiet skont dawk il-kuntratti u li jkun vinkolanti fuq il-partijiet;

(b) 

ftehimiet bilaterali oħrajn bejn istituzzjoni u l-kontroparti tagħha;

(c) 

il-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti għal istituzzjonijiet li rċevew l-approvazzjoni biex jużaw il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 għal transazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dak il-metodu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-ABE lista tal-ftehimiet kuntrattwali approvati ta' netting bejn prodotti differenti.

In-netting bejn transazzjonijiet li saru minn entitajiet ġuridiċi differenti ta’ grupp ma għandhomx jiġu rikonoxxuti għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit