+Artikolu 301 Kamp ta' applikazzjoni materjali
---+Artikolu 301 1.
---+Artikolu 301 2.
|
Artikolu 301 Kamp ta' applikazzjoni materjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 301 1.
|
Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:
(a)
il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu;
(b)
tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantiti għalkollox; u
(c)
tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.
Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u piż tar-riskju ta' 0 % għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus.
|
|
Artikolu 301 2.
|
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-marġni inizjali ma għandux jinkludi kontribuzzjonijiet għal CCP għal arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf mutwalizzat;
(b)
il-marġni inizjali għandu jinkludi kollateral depożitat minn istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew minn klijent li jisboq l-ammont minimu meħtieġ rispettivament mis-CCP jew mill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, sakemm is-CCP jew l-istituzzjoni li taġixxi bħala l-membru tal-ikklerjar tista', f'każijiet xierqa, twaqqaf lill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew il-klijent milli tirtira tali kollateral eċċessiv;
(c)
meta CCP tuża l-marġni inizjali biex timmutwalizza t-telf fost il-membri tal-ikklerjar tagħha, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għandhom jittrattaw dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|