+Artikolu 325e Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet
---+Artikolu 325e 1.
---+Artikolu 325e 2.
---+Artikolu 325e 3.
|
Artikolu 325e Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325e 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325h:
(a)
rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju delta li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati man-non-volatilità tiegħu;
(b)
rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati mal-volatilità tiegħu;
(c)
rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju ewlenin mhux relatati mal-volatilità li mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta.
|
|
Artikolu 325e 2.
|
Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1,
▼M12
(a)
il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b’opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2);
(b)
il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2).
▼M8
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, strumenti b'opzjonalità jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti massimi, limiti minimi, opzjonijiet swap, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-ammont nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla.
|
|
Artikolu 325e 3.
|
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista’ tagħżel li tissoġġetta l-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1. Istituzzjoni li tagħżel li tadotta l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tadottah għall-ewwel darba. Wara li dawk it-tliet xhur ikunu għaddew u dment li l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat, l-istituzzjoni tista’ tadotta dak l-approċċ sa meta l-awtorità kompetenti tinforma lill-istituzzjoni li dak l-approċċ ma jkunx għadu permess. Istituzzjoni li tkun tixtieq tieqaf tuża l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tieqaf tużah. L-istituzzjoni tista’ tieqaf tapplika dak l-approċċ, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat f’dak il-perjodu ta’ tliet xhur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|