+Artikolu 325f Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega
---+Artikolu 325f 1.
---+Artikolu 325f 2.
---+Artikolu 325f 3.
---+Artikolu 325f 4.
---+Artikolu 325f 5.
---+Artikolu 325f 6.
---+Artikolu 325f 7.
---+Artikolu 325f 8.

Artikolu 325f Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325f 1.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju delta u vega deskritti fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.
Artikolu 325f 2.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fil-paragrafi 3 sa 8 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.
Artikolu 325f 3.
Għal kull klassi ta' riskju, is-sensittività tal-istrumenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi ta' riskju delta jew vega applikabbli inklużi f'dik il-klassi ta' riskju għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formuli korrispondenti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi ta' riskju, is-sensittività għandha tiġi determinata b'mod separat għal kull fattur ta' riskju.
Artikolu 325f 4.
Għandhom jiġu assenjati sensittivitajiet lil wieħed mill-buckets “b” fi ħdan kull klassi ta' riskju.
Artikolu 325f 5.
Fi ħdan kull bucket “b”, is-sensittivitajiet pożittivi u negattivi għall-istess fattur ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati b'mod nett, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet netti (sk) għal kull fattur ta' riskju k fi ħdan bucket.
Artikolu 325f 6.

Is-sensittivitajiet netti għal kull fattur ta' riskju fi ħdan kull bucket għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju korrispondenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fi ħdan dak il-bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

WSk = RWk · sk
fejn:

WSk

=

is-sensittivitajiet ppeżati;

RWk

=

il-piżijiet tar-riskju; u

sk

=

il-fattur ta' riskju.

Artikolu 325f 7.

Is-sensittivitajiet ppeżati għall-fatturi ta' riskju differenti fi ħdan kull bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, fejn il-kwantità fi ħdan il-funzjoni ta' għerq kwadrat hija limitata għal żero, u dan jagħti lok għal sensittività speċifika għall-bucket. Għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet ppeżati fi ħdan l-istess bucket (ρkl), stipulati fit-Taqsima 6.

image

fejn:

Kb

=

is-sensittività speċifika għall-bucket; u

WS

=

is-sensittivitajiet ppeżati.

Artikolu 325f 8.

Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata għal kull bucket fi ħdan klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet ppeżati f'buckets differenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega:

image

fejn

▼C8

Sb

=

Σ k WSk għall-fatturi ta’ riskju kollha fil-bucket b u Sc = Σ k WSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta’ image, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-klassi ta’ riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta’ speċifikazzjoni alternattiva fejn

▼M8

Sb

=

max [min (Σk WSk, Kb), – Kb] għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u

Sc

=

max [min (Σk WSk, Kc), – Kc] għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket c.

Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju għall-klassi ta' riskju delta jew vega speċifiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 1 sa 8.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit