+Artikolu 325p Fatturi tar-riskju tal-komodità
---+Artikolu 325p 1.
---+Artikolu 325p 2.
---+Artikolu 325p 3.
---+Artikolu 325p 4.
|
Artikolu 325p Fatturi tar-riskju tal-komodità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325p 1.
|
Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 325p 2.
|
Il-fatturi delta tar-riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità u għal kull waħda minn dawn il-maturitajiet: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss żewġ prezzijiet tal-komoditajiet fuq l-istess tip ta' komodità, u bl-istess maturitàbiex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju meta s-sett ta' termini legali rigward il-post ta' kunsinna huma identiċi.
|
|
Artikolu 325p 3.
|
Il-fatturi vega ta' riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu s-sensittivitajiet għall-istess tip ta' komodità u allokati għall-istess maturità bħala fattur ta' riskju uniku, li l-istituzzjonijiet għandhom imbagħad ipaċu.
|
|
Artikolu 325p 4.
|
Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu sett wieħed ta' prezzijiet tal-komoditajiet b'maturitajiet differenti għal kull tip ta' komodità, espressi bħala vettur. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm prezzijiet ta' dik il-komodità li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jiddifferenzjaw bejn il-prezzijiet ta' komoditajiet skont il-post ta' kunsinna. Is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura sik għandha tiġi kkalkulata kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-fini tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li għandhom numru differenti ta' komponenti biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess tip ta' komodità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|