Artikolu 325p 4.
Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu sett wieħed ta' prezzijiet tal-komoditajiet b'maturitajiet differenti għal kull tip ta' komodità, espressi bħala vettur. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm prezzijiet ta' dik il-komodità li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jiddifferenzjaw bejn il-prezzijiet ta' komoditajiet skont il-post ta' kunsinna. Is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura sik għandha tiġi kkalkulata kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-fini tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li għandhom numru differenti ta' komponenti biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess tip ta' komodità.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|