+Artikolu 325ah Piżijiet tar-riskju għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet
---+Artikolu 325ah 1.
---+Artikolu 325ah 2.
---+Artikolu 325ah 3.

Artikolu 325ah Piżijiet tar-riskju għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325ah 1.

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet) għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0.5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 4:

▼M12



Tabella 4

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Piż tar-riskju

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

0,5 %

2

Skala 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

0,5 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

1,0 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

5,0 %

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

3,0 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

3,0 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

2,0 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

1,5 %

9

 

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

1,0 %

10

Skala 1 tal-kwalità tal-kreditu

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi

1,5 %

Skala 2 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu

2,5 %

11

Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

2 %

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0 %

13

►M17  L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, umutwanti promozzjonali u bonds koperti ◄

12,0 %

14

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

7,0 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

8,5 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

5,5 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

5,0 %

18

Settur ieħor

12,0 %

19

Indiċijiet tal-kreditu kwotati b’maġġoranza tal-kostitwenti individwali tiegħu li jkollhom grad ta’ investiment

1,5 %

20

Indiċijiet tal-kreditu kwotati b’maġġoranza tal-kostitwenti individwali tiegħu li jkollhom grad mhux ta’ investiment jew mingħajr klassifikazzjoni

5 %

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità kreditizja li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità kreditizja li tkun assenjata skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 2.

Artikolu 325ah 2.
Biex jassenjaw skopertura għar-riskju fil-konfromt ta' settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tkun użata ta' spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed mill-buckets ta' settur fit-Tabella 4. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 18 fit-Tabella 4.
Artikolu 325ah 3.
B’deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw skopertura għar-riskju ta’ bond kopert mhux ikklassifikat għall-bucket 4 meta l-istituzzjoni li tkun ħarġet il-bond kopert ikollha l-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit