+Artikolu 337 Rekwiżit ta’ fondi proprji għal strumenti ta’ titolizzazzjoni
---+Artikolu 337 1.
---+Artikolu 337 2.
---+Artikolu 337 3.
---+Artikolu 337 4.
---+Artikolu 337 5.

Artikolu 337 Rekwiżit ta’ fondi proprji għal strumenti ta’ titolizzazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 337 1.
Għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozju li huma pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiżen il-pożizzjonijiet netti kif ikkalkolati skont l-Artikolu 327(1) bi 8 % tal-ponderazzjoni tar-riskju li l-istituzzjoni tapplika għall-pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozju tagħha skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II.
Artikolu 337 2.
Meta jiddeterminaw il-piżijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw esklużivament l-approċċ stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 3.
Artikolu 337 3.
Għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li huma soġġetti għal piż ta’ riskju addizzjonali skont l-Artikolu 247(6), għandu jiġi applikat 8 % tal-ponderazzjoni tar-riskju totali.
Artikolu 337 4.
L-istituzzjoni għandha tgħodd flimkien il-pożizzjonijiet ponderati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk humiex twal jew qosra, sabiex tkun tista' tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha kontra riskju speċifiku, għajr għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni soġġetti għall-Artikolu 338(2).
Artikolu 337 5.
Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 244, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżit tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati.

Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 245, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżiti tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati u għandha tinjora l-effett tat-titolizzazzjoni sintetika għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit