Artikolu 351
De minimis u ponderar għar-riskju tal-kambju
Jekk is-somma tal-pożizzjoni netta kumplessiva tal-kambju ta' istituzzjoni u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb, ikkalkulata skont il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 352, taqbeż it-2 % tal-fondi proprji totali tagħha, l-istituzzjoni għandha tikkalkula rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għandu jkun is-somma tal-pożizzjoni netta kumplessiva tagħha tal-kambju u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb fil-munita tar-rapportar, immultiplikata bi 8 %.