+Artikolu 382a Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA
---+Artikolu 382a 1.
---+Artikolu 382a 2.
---+Artikolu 382a 3.
---+Artikolu 382a 4.
---+Artikolu 382a 5.

Artikolu 382a Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 382a 1.

Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 382 f'konformità mal-approċċi li ġejjin:

(a) 

l-approċċ standardizzat stabbilit fl-Artikolu 383, meta l-istituzzjoni tkun ingħatat permess mill-awtorità kompetenti biex tuża dak l-approċċ;

(b) 

l-approċċ bażiku stabbilit fl-Artikolu 384;

(c) 

l-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 385, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu.

Artikolu 382a 2.
Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), flimkien mal-approċċ imsemmi fil-punt (a) jew (b) ta' dak il-paragrafu.
Artikolu 382a 3.

Istituzzjoni tista' tuża taħlita tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA fuq bażi permanenti għal:

(a) 

kontropartijiet differenti;

(b) 

settijiet ta' netting eliġibbli differenti mal-istess kontroparti;

(c) 

tranżazzjonijiet differenti tal-istess sett ta' netting eliġibbli, dment li tiġi ssodisfatta kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.

Artikolu 382a 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (c), l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu is-sett ta' netting eliġibbli f'sett ta' netting ipotetiku li fih it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), u sett ta' netting ipotetiku li fih it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b).
Artikolu 382a 5.

Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (c), il-kundizzjonijiet imsemmija fih għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

il-qasma hija konsistenti mat-trattament tas-set tan-netting legali meta jiġi kkalkulat is-CVA għal finijiet kontabilistiċi;

(b) 

il-permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), huwa limitat għas-sett ta' netting ipotetiku korrispondenti u ma jkoprix it-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan is-sett ta' netting eliġibbli.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw kif jużaw taħlita tal-approċċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u kif stabbilit f'dan il-paragrafu, sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA fuq bażi permanenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit