+Artikolu 399 Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tal-kreditu
---+Artikolu 399 1.
---+Artikolu 399 2.
---+Artikolu 399 3.
---+Artikolu 399 4.

Artikolu 399 Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 399 1.
Istituzzjoni għandha tuża teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fil-kalkolu ta' skopertura meta tkun użat dik it-teknika biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju ta' kreditu f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Tlieta, u sakemm it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-Artikoli 400 sa 403, it-terminu 'garanzija' għandu jinkludi derivati tal-kreditu rikonoxxuti taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għajr in-noti marbuta ma' kreditu

Artikolu 399 2.
Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn, skont l-Artikoli 400 sa 403 jkun permess ir-rikonoxximent ta’ protezzjoni ffinanzjata jew mhux iffinanzjata tal-kreditu, dan għandu jkun soġġett għal konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4.
Artikolu 399 3.
It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu li jkunu disponibbli biss għall-istituzzjonijiet li jużaw wieħed mill-approċċi IRB ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-valuri tal-iskoperturi għal finijiet ta' skopertura kbira ħlief għal skoperturi assigurati bi proprjetajiet immobbli f'konformità mal-Artikolu 402.
Artikolu 399 4.
L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw, sa fejn possibbli, l-iskoperturi tagħhom għall-emittenti ta' kollaterali, għall-fornituri ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu u għall-assi sottostanti skont l-Artikolu 390(7) sabiex jidentifikaw konċentrazzjonijiet possibbli u fejn xieraq jieħdu azzjoni u jirrappurtaw kwalunkwe sejbiet sinifikanti lill-awtorità kompetenti tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit