Artikolu 428a
Applikazzjoni fuq bażi konsolidata
Meta l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stipulat f'dan it-Titolu japplika fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 11(4), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ta' sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu ogħla minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi ogħla speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;
(b)
l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji f'impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu aktar baxxi minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 3 għandhom ikunu soġġetti għall-konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi aktar baxxi speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;
(c)
l-assi ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u li jkunu miżmumin minn impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz ma jkunux rikonoxxuti bħala assi likwidi għal finijiet għal konsolidazzjoni meta dawn ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità.
▼M9 —————
▼M8