+Artikolu 428b 5.

Artikolu 428b 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-profil ta' finanzjament tagħhom skont id-denominazzjoni tal-munita tkun ġeneralment konsistenti mad-distribuzzjoni tal-assi tagħhom skont il-munita. Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jirrestrinġu l-ispariġġi bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'munita partikolari li jistgħu jintlaħqu mill-finanzjament stabbli disponibbli li mhuwiex denominat f'dik il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għal munita li tkun soġġetta għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2).

Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġi bejn il-muniti li tista' tiġi applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-inqas:

(a) 

jekk l-istituzzjoni għandhiex il-kapaċità tittrasferixxi l-finanzjament stabbli disponibbli minn munita waħda għal oħra u bejn ġurisdizzjonijiet u entitajiet legali fi ħdan il-grupp tagħha u l-abbiltà li taqleb il-muniti u tikseb fondi fis-swieq tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett;

(b) 

l-impatt ta' movimenti ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe hedges ta' skambju ta' valuti barranin li hemm fis-seħħ.

Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġi bejn il-muniti, imposta f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit