|
+Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ |
Artikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġArtikolu 428ad Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
assi mhux aggravati li jkunu eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra titolizzazzjonijiet ta' livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja skont dak l-att delegat, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stabbilit dak l-att delegat;
(b)
depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(c)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma':
(i)
il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(ii)
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;
(iii)
entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
(iv)
banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;
(v)
korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti fil-livell tal-konsumaturi u SMEs;
(vi)
għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(d)
flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena ma':
(i)
il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;
(ii)
il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;
(iii)
klijenti finanzjarji;
(e)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena;
(f)
assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikoli 428ae sa 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
(g)
kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ac. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|