+Artikolu 428ay Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ay Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ay

Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, li ddaħħlu bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi jew depożitati bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428az jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(b) 

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, eskluż self lil klijenti finanzjarji, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 jum;

(c) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(d) 

titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(e) 

ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(f) 

komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit