+Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428as Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428as 1.
------+Artikolu 428as 2.
---+Artikolu 428at Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428at 1.
------+Artikolu 428at 2.
---+Artikolu 428au Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428av Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428aw Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ax Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428ay Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428az Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
------+Artikolu 428az 1.
------+Artikolu 428az 2.
|
Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428as Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
-
|
|
Artikolu 428at Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
-
|
|
Artikolu 428au Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428au
Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna ta' Livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;
(b)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I.
|
|
Artikolu 428av Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428av
Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 428aw Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428aw
Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
self iggarantit u mhux iggarantit b'maturità residwa ta' inqas minn sena u dment li jkunu aggravati inqas minn sena;
(b)
kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428as sa 428av;
(c)
assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda ta' inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla skont l-Artikoli 428ax, 428ay u 428az jekk kienu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament meħtieġ ogħla li jkun japplika għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
|
|
Artikolu 428ax Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ax
Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
Assi li huma eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat, dment li jkunu aggravati inqas minn sena.
|
|
Artikolu 428ay Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
Artikolu 428ay
Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, li ddaħħlu bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi jew depożitati bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428az jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;
(b)
self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, eskluż self lil klijenti finanzjarji, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 jum;
(c)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;
(d)
titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(e)
ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(f)
komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet.
|
|
Artikolu 428az Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|