+Artikolu 429 Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
---+Artikolu 429 1.
---+Artikolu 429 2.
---+Artikolu 429 3.
---+Artikolu 429 4.
---+Artikolu 429 5.
---+Artikolu 429 6.
---+Artikolu 429 7.
---+Artikolu 429 8.

Artikolu 429 Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 429 1.
L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom skont il-metodoloġija stipulata fil-paragrafi 2, 3 u 4.
Artikolu 429 2.
Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u għandu jiġi espress bħala perċentwal.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja fid-data ta' referenza tar-rappurtar.

Artikolu 429 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital għandha tkun il-kapital ta' Grad 1.
Artikolu 429 4.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':

(a) 

assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429b(1);

(b) 

kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk il-kuntratti u derivattivi ta' kreditu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 429c u 429d;

(c) 

żidiet għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429e;

(d) 

elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 429d u 429g, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429f;

(e) 

xiri jew bejgħ fi żmien regolari u li jistennew saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429g.

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valuri tal-iskopertura msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti ġenerali fir-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, rispettivament, soġġett għal limitu ta' 0 fejn l-aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu jkunu naqqsu l-kapital ta' Grad 1.

Artikolu 429 5.

B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

▼C8

(a) 

element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal-paragrafu 4 li huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu;

▼M8

(b) 

meta klijent ta' istituzzjoni li jaġixxi bħala membru tal-ikklerjar jidħol direttament fi tranżazzjoni ta' derivattiva ma' CCP u l-istituzzjoni tiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha lis-CCP li jirriżultaw minn dik it-tranżazzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-iskopertura tagħha li tirriżulta mill-garanzija f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4, bħallikieku dik l-istituzzjoni daħlet direttament fit-tranżazzjoni mal-klijent, inkluż fir-rigward tar-riċeviment jew il-provvista tal-marġni ta' varjazzjoni ta' flus kontanti.

It-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjoni li taġixxi bħala klijent ta' livell għoli li jiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità ma tkunx fl-ambitu regolatorju tal-konsolidazzjoni fil-livell li fih jiġi applikat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(4), il-punt (e)

Artikolu 429 6.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (e), ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 429g, “xiri jew bejgħ fi żmien regolari” tfisser xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarju skont kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tal-assi finanzjarju fil-perjodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew permezz ta' konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.
Artikolu 429 7.

Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor f'din il-Parti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tal-iskopertura totali skont il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu mixtrija ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali;

(b) 

l-assi ma għandhomx jiġu nnettjati mal-obbligazzjonijiet.

Artikolu 429 8.

B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' self ta' prefinanzjament jew self intermedju bil-bilanċ pożittiv fuq il-kont tat-tfaddil tad-debitur li lilu ngħata s-self u jinkludu biss l-ammont li jirriżulta fil-miżura tal-iskopertura totali, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-għoti tas-self huwa kondizzjonali fuq il-ftuħ tal-kont tat-tfaddil mal-istituzzjoni li tagħti s-self u kemm is-self kif ukoll l-kont tat-tfaddil huma rregolati mill-istess liġi settorjali;

(b) 

il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil ma jistax jiġi prelevat, parzjalment jew kollu kemm hu, mid-debitur għall-perijodu ta' żmien kollu tas-self;

(c) 

l-istituzzjoni tista' tuża inkondizzjonalment u irrevokabbilment il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil biex tiġi saldata kwalunkwe pretensjoni skont il-ftehim ta' self f'każijiet irregolati mil-liġi settorjali msemmija fil-punt (a), inkluż in-nuqqas ta' ħlas mid-debitur jew l-insolvenza tiegħu.

“Self ta' prefinanzjament” jew “self intermedju” jfissru self li jingħata lil min jissellef għal perijodu limitat ta' żmien sabiex jitnaqqsu l-lakuni fil-finanzjament tal-mutwatarju sakemm jingħata s-self finali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-liġi settorjali li tirregola dawn it-tranżazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit