+Artikolu 429d Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti
---+Artikolu 429d 1.
---+Artikolu 429d 2.
---+Artikolu 429d 3.
---+Artikolu 429d 4.
---+Artikolu 429d 5.
---+Artikolu 429d 6.
---+Artikolu 429d 7.
|
Artikolu 429d Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 429d 1.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ''derivattiv ta' kreditu sottoskritt'' tfisser kwalunkwe strument finanzjarju li permezz tiegħu istituzzjoni effettivament tipprovdi protezzjoni tal-kreditu inkluż swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, swaps ta' redditu totali u opzjonijiet fejn l-istituzzjoni jkollha l-obbligu li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt tal-opzjonijiet.
|
|
Artikolu 429d 2.
|
Minbarra l-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 429c, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi ta' kreditu sottoskritti l-ammonti nozzjonali effettivi msemmija fid-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mnaqqsa minn kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1 fir-rigward ta' dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti billi jaġġustaw l-ammont nozzjonali ta' dawk id-derivattivi biex jirrifletti l-iskopertura reali tal-kuntratti li għandhom effett ta' lieva finanzjarja jew b'mod ieħor imsaħħa bl-istruttura tat-tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 429d 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu mixtri tkun ugwali jew ikbar mill-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt;
(b)
id-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun soġġett mod ieħor għall-istess termini materjali bħal dawk fid-derivattiv tal-kreditu sottoskritt korrispondenti jew aktar konservattivi minnhom;
(c)
id-derivattiv tal-kreditu mixtri ma nxtarax minn kontroparti li tesponi lill-istituzzjoni għal riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 291(1);
(d)
meta l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt jitnaqqas bi kwalunkwe bidla negattiva fil-valur ġust inkorporat fil-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mixtri jitnaqqas bi kwalunkwe bidla pożittiva fil-valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1;
(e)
id-derivattiv ta' kreditu mixtri ma jkunx inkluż fi tranżazzjoni li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni f'isem klijent jew li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni fir-rwol tagħha bħala klijent ta' livell ogħla fi struttura tal-klijenti b'ħafna livelli u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv referenzjat mid-derivattiv ta' kreditu sottoskritt korrispondenti jkun eskluż mill-miżura tal-iskopertura totali f'konformità mal-punt (g) jew (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1), kif applikabbli.
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv ikun inkluż fil-miżura tal-iskopertura totali.
|
|
Artikolu 429d 4.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, ''terminu materjali'' tfisser kwalunkwe karatteristika tad-derivattiv ta' kreditu li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tiegħu, inkluż il-livell ta' subordinazzjoni, l-opzjonalità, l-avvenimenti ta' kreditu, l-entità jew il-grupp ta' entitajiet ta' referenza sottostanti, u l-obbligu ta' referenza sottostanti jew il-ġabra ta' obbligi, bl-eċċezzjoni tal-ammont nozzjonali u l-maturità residwa tad-derivattiv ta' kreditu. Żewġ ismijiet ta' referenza għandhom ikunu l-istess biss meta jirreferu għall-istess entità legali.
|
|
Artikolu 429d 5.
|
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq pool ta' ismijiet ta' referenza biex ipaċu derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq ismijiet ta' referenza individwali fi ħdan dak il-pool meta dak il-pool ta' entitajiet ta' referenza u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet ikunu l-istess.
|
|
Artikolu 429d 6.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt meta jixtru protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt fil-kapital ta' Grad 1.
|
|
Artikolu 429d 7.
|
Fil-każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq ġabra ta' obbligi ta' referenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq l-obbligazzjonijiet ta' referenza individwali bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija f'konformità mal-paragrafu 3 biss meta l-protezzjoni mixtrija tkun ekonomikament ekwivalenti għax-xiri ta' protezzjoni b'mod separat fuq kull waħda mill-obbligazzjonijiet individwali fil-ġabra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|